Council Services

Ġbir ta’ Skart Organiku
L-iskart organiku (f’boroż bojod) jinġabar mill-kollettur kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgha.
Boroż ghall-iskart organiku jitqassmu lir-residenti mingħajr ħlas minn WasteServ Malta Ltd. perjodikament.
Niżżel skeda tal-ġbir minn HAWN.

Ġbir ta’ Skart Imħallat
Dan isir minn kuntrattur tal-Kunsill Lokali nhar ta’ Tnejn, Ħamis u nhar ta’ Sibt mis-7.00am.

Permessi
– Ħlasijiet ta’ permessi għal skips
– Ħlasijiet ta’ permessi għal divertiment pubbliku jew attivitajiet ohra
– Ħlasijiet għal permessi ta’ gabbani u kjosks
– Ħlasijiet ta’ permessi għal krejnijiet u lifters
– Ħlasijiet ta’ permessi għal għeluq ta’ toroq
– Ħlasijiet ta’ permessi għal Gwardjani Lokali
– Ħlasijiet ta’ permessi għal-BBQs
Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli
L-iskart riċiklabbli (f’boroż grizi), jinġabar mill-kollettur kull nhar ta’ Tlieta.
Fir-rigward, il-Kunsill Lokali għandu ftehim ma’ skema awtorizzata sabiex perjodikament iqassam mingħajr hlas, boroż griżi lir-residenti.
Ġbir tal-Ħġieġ
Dan il-ġbir isir kull nhar ta’ ġimgħa wara kull ħmistax fil-kontenituri provduti mill-wasteserv.
Għall min ma għandux dan il-kontenituri jista jiġbor wieħed mill-Waste Serv Marsascala Family Park.

Tindif tat-Toroq
Bl-użu ta’ apparat tal-knis tat-toroq mekkaniku jew ta’ persuna, aħna qed niżguraw li t-toroq jiġu mnaddfa u miknusa regolarment.
Jekk jogħġbok uża r-REPORT IT! jekk tara li xi żona ġiet injorata.

Wasteserv 'Roadshow'
Dan il-ġbir isir kull tielet Ġimgħa tax-xahar.
Dan ikun ipparkjat ġewwa ż-Żona tal-Magħluq meta ikun imissu iżurna ġewwa Marsaxlokk.

Librerija Publika
Lokazzjoni
St Thomas More College
M’Xlokk Primary
Arżnell Street
Marsaxlokk.
2598 6143
Ħinijiet ta’ Ftuħ
Fix-Xitwa
It-Tnejn, It-Tlieta, L-Erbgħa u il-Ġimgħa. 5.00-7.30 pm Is-Sibt 8.00-10.00 am
Mill-1 ta’ Ottubru sa’ 31 ta’ Mejju
It-Tnejn 01.00pm – 03.00pm
L-Erbgħa 01.00pm – 03.00pm
Il-Ħamis 08.00pm – 10.00pm
Il-Ġimgħa 05.00pm – 07.00pm
Is-Sibt 08.00am – 10.00am
